PARROĊĊA MADONNA TAL-GRAZZJA
ĦAŻ-ŻABBAR

Avviżi: il-Ħadd 4 ta’ sal-Ħadd 11 ta’ Jannar 2009


Il-Ħadd 4 ta’ Jannar
  • Festa ta’ l-Epifanija tal-Mulej.
  • Illum huwa l-Ewwel Ħadd tax-Xahar u ssir il-ġabra speċjali għall-parroċċa.
  • Il-festa ta’ l-Epifanija tkun ċċelebrata wkoll mill-komunitajiet neo katekumenali.  Ikun hemm purċissjoni qasira u programm ta’ kant u talb.  Din iċ-ċelebazzjoni se ssir fil-kappella ta’ Marija Bambina wara l-quddies tad-9.00am.

It-Tnejn 5 ta’ Jannar

  • Se ssir laqgħa oħra għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.  Dan hu l-uniku avviz li qed isir għal din il-laqgħa barra n-nota li ntbagħtet fil-bidu tas-sena kataketika.  Il-laqgħat isiru bħas-soltu fis-sala parrokkjali fid-9.15am jew fis-7.00pm.

L-Erbgħa 7 ta’ Jannar

  • Fid-9.30am. jerġa’ jiltaqa’ l-grupp ta’ l-anzjani fis-sala parrokkjali.

 

Il-Ħamis 8 ta’ Jannar

  • Jerġa’ jibda jiltaqa’ wkoll il-Grupp tal-Mother and Toddler Club fis-Sala Parrokkjali mid-9.15am sal-11.15am.
  • Fil-Katidral ta’ l-Imdina se ssir kon-ċelebrazjoni mmexxija minn Mons. Arċisqof u bis-sehem tal-kappillani kollha ta’ Malta bħala bidu uffiċjali tal-visti pastorali li l-Arċisqof se jagħmel fil-parroċċi ta’ Malta fit-tlett snin li ġejjin.
  • Fil-5.30p.m. se ssir laqgħa ta’ talb organiżata mill-grupp ta’ San Piju ta’ Pietraċina fil-Knsija tas-Salib Imqaddes.  Kulħadd hu mistieden.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar

    • Fid-9.30am fis-Santwarju se ssir il-quddiesa għat-tfal tal-iskola primarja ta’ year 3u 4
    • Se ssir il-festa tas-Santa Infanzja.  It-tfal kollha tal-parroċċa jinġabru fis-Santwarju fl-4.30p.m. fejn ikollhom programm marbut mal-ħidma missjunarja.  Din l-okkażżjoni tgħin lit-tfal jaħsbu fi tfal oħrajn li qed jgħixu f’kundizzjonijiet diffiċli.  It-tfal huma mitluba jġibu donazzjoni żgħira biex tingħata lit-tfal tal-Missjoni.

Is-Sibt 10 ta’ Jannar

  • It-393 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa.
  • Imiss laqgħa oħra ta’ talb għall-qdusija tas-Saċerdoti fil-parroċċa tas-Swatar. Din tibda fl-9.45pm

Ħadd 11 ta’ Jannar

  • Solenita’ tal-Magħmudija tal-Mulej.
  • Nagħtu bidu għall-Kors ta’ Kana għall-għarajjes fid-9.30am fiċ-Ċentru Santa Bernardetta.
  • Fl-4.00pm jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija bil-quddies. Infakkru lill-ġenituri u l-parrini li nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar se ssir laqgħa għalhom fis-7.00pm fis-Sala Ragħaj it-Tajjeb.

 

  • F-1 ta’ Jannar ingħataw €400 lid-dar tal-providenza bħala għotjiet li ingħataw minn diversi persuni. L-irċevuta tinsab f’wieħed min-notice boards.

 

  • Il-Mulej għoġbu jsejjaħ għall-ħajja ta’ dejjem lil Joseph Camilleri u Anglu Bonavia. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

 


Avviżi: il-Ħadd 28 ta’  Diċembru 2008 sal-Ħadd  4 ta’ Jannar 2009

Il-Ħadd 28 ta’ Diċembru

  • Festa tal-Familja Mqaddsa.  Infakkru li l-kummissjoni Familja se tanima l-quddies tal-11.00am li ssir fil-knisja tax-Xgħajra.
  • Fil-quddies tal-5.30p.m. se jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija.
  •  

    It-Tnejn 29 ta’ Diċembru

  • Fil-parroċċa tagħna għandna tradizzjoni ferm sabiħa: li nispiċċaw is-sena bil-Kwaranturi, tlett ijiem ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat. L-Adorazzjoni tibda nhar it-Tnejn li ġej; ħinjiet bejn id-9.00am u s-6.00pm fejn issir il-quddiesa bl-għasar. Wara tkompli l-adorazzjoni sat-8.00pm
  •  

    It-Tlieta 30 ta’ Diċembru

  • Inkomplu bil-Kwaranturi billi jkollna jum ieħor ta’ adorazzjoni, mid-9.00p.m. sat-8.00p.m. Fis-6.00p.m. jkun hawn wkoll il-quddies bl-għasar fiha.
  •  

    L-Erbgħa 31 ta’ Diċembru

  • L-aħħar jum tal-kwaranturi; fis-Santwarju jkollna ġurnata oħra ta’ espożizzjoni Sagramentali; tibda fid-9.00a.m. sal-quddiesa tas-6.00p.m. Fil-quddiesa jitkanta t-Te Deum, bħala radd il-ħajr lil Alla tas-sena li tana.
  • Mill-4.00p.m. ’l quddiem se jkun hemm espożizzjoni sagramentali wkoll f’kull Żona kolha tal-parroċċa biex b’hekk ningħaqdu flimkien, quddiem Ġesu’ Sagramentat.
  • Il-quddies bit-Te-Deum se ssir wkoll fil-knisja tas-Salib Imqaddes fil-5.30p.m. u fil-knisja tax-Xgħajra fis-6.00p.m.
  • Din s-sena se jsir get together fis-sala parrokkjali u fiċ-ċentri ta’ Sant Andirja, Santa Marija u Ċentru Nażaret, biex intemmu din s-sena flimkien u bil-għajnuna ta’ Alla nibdew wkoll sena ġdida flimkien.  Min jixtieq jattendi jista jikkuntatja lil helpers tal-parroċċa jew taż-żoni li semmejna.
  •  

    Il-Ħamis 1 ta’ Jannar

  • Solennita ta’ Marija Omm Alla u Omm il-Paċi.
  • Infakkru li hu jum ta’ obligu għall-quddies, għalhekk il-quddies ikun bħall-Ħadd u fih issir il-ġabra speċjali  ta’ l-Istrina. Infakkrukom wkoll fl-envelopes li tqasmu mal-kalendarju tal-parroċċa. Dawn l-għotjiet jgħinuna nkomplu l-ħafna ħidmiet li qed isiru.  Bil-għajnuna ta’ Alla fis-sena l-ġdida se jibda x-xogħol tar-restawr tal-faċċata tas-Santwarju u għalhekk nappellaw għall-ġenerożita tagħkom ilkoll.
  • Il-quddiesa fil-knisja tas-Salib Imqaddes se ssir fl-10.00am flok fit-8.00am.
  • F’isem i-Kleru tal-parroċċa nawgurawlkom Sena Tajba, mimlija bil-paċi tal-Mulej.
  • Infakkru wkoll f’Open Day li se ssir fid-Dar tal-Providenza is-Siġġiewi. Min jixtieq jagħti xi donazzjoni għad-dar tal-providenza jista jgħaddiha lis-saċerdoti.
  •  

    Il-Ġimgħa 2 ta’ Jannar

  • L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar u jkun hemm nofs siegħa adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ figħaxija.
  • Fis-7.00p.m. se ssir laqgħa għall-katekisti kollha tal-parroċċa fil-knisja ta’ Santa Marija.
  •  

    Is-Sibt 3 ta’ Jannar

  • Fil-quddies tal-5.30p.m. fil-knisja tas-salib Imqaddes se ssir il-vestizzjoni ta’ l-abbatini.  Tajjeb li nitolbu għal dawn l-abbatini.
  •  

    Ħadd 4 ta’ Jannar

  • Festa tal-Epifanija tal-Mulej.
  •  

  • Wasal il-magazine ’Flimkien’ għax-xahar ta’ Jannar.  Id-distributuri huma mitluba jiġbru l-ammonti tagħhom mill-uffiċċju fil-ħin tal-ftuħ, jew miż-żoni.
  •  

     

  • Kliem il-ħajja hu ktejjeb b’riflessjoni bibblika għall-kull jum tas-sena.  Min jixtieq jabbona għall-Kliem il-ħajja hu mitlub li jmur għand Ċettina Galea Magro li toqgħod 40 Triq San Duminku Zabbar.  L-abbonament jiswa biss €3.
  •  

     

  • Is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Jannar se jintwera l-film bil-Malti Pawlu ta’ Tarsu li għadu kif kien f’Ċinema Maltin.  Biljetti jinsabu għall-bejgħ mill-uffiċċju parrokkjali.
  •  

     

  • Il-Mulej għoġbu jsejjaħ għall-ħajja ta’ dejjem lil Joseph Rizzo. Agħtieh O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...
  •  

    Avviżi: il-Ħadd 21 ta’  Diċembru sal-Ħadd  28 ta’ Diċembru 2008


    It-Tnjen 22 ta’ Diċembru
  • Titkompla n-novena tal-Milied. Il-quddies tas-6.00p.m. fis-Satnwarju se tkun bis-sehem ta’ l-anzjani: isir talb wkoll għall-morda u għal min idur bihom.  Wara l-quddiesa se jsir it-tqarbin tal-morda. It-Tema għal-ħames jum tan-Novena hi: il-ħlewwa.
  • It-Tlieta 23 ta’ Diċembru

  • Fil-5.30p.m. se ssir ċelebrazzjoni penitenzjali bil-qrar fis-santwarju u wara ssir il-quddiesa tan-Novena. It-Tema għal-ħames jum tan-Novena hi: rażan.
  • Fis-7.30p.m. se ssir in-novena għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tal-parroċċa fis-sala parrokkjali.  Din l-attivita [iet imsejħa: “Ġesu’ refugjat”.  Inħeġġu liż-żgħażagħ u l-adoloxxenti biex jattendu.
  • L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru

  • Fis-6.00p.m. ssir il-quddiesa ta’ Lejlet il-Milied fis-Santwarju. 
  • Fil-5.30p.m. tibda l-purċissjoni tradizzjoni tal-bambin minn quddiem tal-M.U.S.E.U.M tas-subien.  Għal ħabta tas-7.00p.m. tasal fis-santwarju fejn isir programm mit-tfal stess. Inħeġġu lil kulħadd b’mod speċjali lit-tfal biex jieħdu sehem.
  • Fil-11.00p.m. fis-Santwarju, fil-knisja tas-Salib Imqaddes u fix-Xgħajra, tibda Velja bi preparazzjoni għall-quddies ta’ nofs il-lejl. Fiha jkun hemm wkoll il-priedka tat-tifel.
  • Il-Ħamis 25 ta’ Diċembru

  • Solennita tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu. Infakkru li kull nisrani għandu jqaddes dan il-jum bis-sehem tiegħu fil-quddies. Il-quddies fil-parroċċa jkun bħal jum tal-Ħadd, barra dik li ssir fil-knisja tas-salib Imqaddes għax se ssir fl-10.00am flok fit-8.30am.
  • Il-Kappillan u l-Kleru tal-parroċċa flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw Milied Hieni, mimli bil-paċi tal-Mulej lilkom lkoll u l-familji tagħkom.
  • Il-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru

  • Festa ta’ San Stiefnu, l-ewwel martri tal-Knisja.
  • Is-Sibt ta’ 27 Diċembru

  • Festa ta’ San Ġwann Appostlu u Evanġelista.
  •  

    Il-Ħadd 28 ta’ Diċembru

  • Festa tal-Familja Mqaddsa.  Il-kummissjoni Familja se tanima l-quddies tal-11.00am li ssir fil-knisja tax-Xgħajra.
  • Fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied u l-bidu ta’ Sena Ġdida, Monsinjur Arċisqof  Pawl Cremona O.P., Mons. Isqof Annetto Depasquale, u l-Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca nhar il-Ħadd, 28 ta’ Diċembru, se jkunu fil-Palazz ta’ l-Arċisqof, il-Belt, biex jilqgħu lil kull min ikun jixtieq imur jagħtihom l-awguri tiegħu.  Il-ħin ikun mid-9.00am sal-11.30am.
  • Fil-quddies tal-5.30p.m. se jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija.  Infakkru lill-ġenituri u l-parrini li nhar il-Gimgħa 26 ta’  Ottubru fis-7.00p.m.għandhom laqgħa ta’ preparazzjoni għalihom fis-sala r-Ragħaj it-Tajjeb.
  •  

  • Din il-Ġimgħa l-uffiċċju parrokkjali se jkun miftuħ it-Tnjen filgħaxija u it-Tlieta filgħodu biss.
  • Avviżi: il-Ħadd 14 ta’  Diċembru sal-Ħadd  21 ta’ Diċembru 2008

    Il-Ħadd 14 ta’ Diċembru
    • Fl-4.00p.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija bil-quddiesa. 

     

    It-Tnejn 15 ta’ Diċembru

    • Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom qegħdin fir-4 u 5 klassi tal-katekiżmu.  Il-laqgħa ssir fid-9.15a.m. jew fis-7.00p.m. fis-sala parrokkjali.  Tajjeb li l-ġenituri jattendu jekk jista’ jkun flimkien għal din il-laqgħa.
    • Nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied; disat ijiem li fihom nippreparaw b’aktar intensita’ għall-festa tat-twelid tal-Bambin Ġesu’.  Din is-sena t-temi li se nieħdu huma l-frott ta’ l-Ispirtu skond kif iwassalhomlna San Pawl.
    • Fis-6.00p.m. fis-Santwarju se ssir quddiesa li fiha se jieħdu sehem it-tfal kollha tal-parroċċa. It-Tema għall-ewwel jum: l-Imħabba.

    It-Tlieta 16 ta’ Diċembru

    • Fit-8.30am fil-knisja ta’ San Ġakbu fix-Xgħajra se ssir quddiesa għat-tfal li jattendu fl-iskola primarja tax-Xgħajra.
    • Fil-5.30p.m. se ssir purċissjoni bil-bambin fit-toroq ta’ l-Estate.
    • Fis-6.00p.m. l-quddies tas-Santwarju se tkun animata mir-Reliġjużi li għandna fil-parroċċa.  It-Tema għat-Tieni jum tan-Novena se tkun: il-ferħ.

    L-Erbgħa 17 ta’ Diċembru

    • Se jsir it-Tielet pellegrinaġġ Pawlin; għall-grotta ta’ San Pawl ir-Rabat.  Biljetti għat-trasport mill-uffiċċju jew miż-żoni sa nhar it-Tnejn.  Tluq fit-8.15am.
    • Il-quddies tas-6.00p.m. fis-santwarju se tkun animata mid-distributuri tal-fuljett, għalliema u katekisti.  It-Tema għat-Tielet jum tan-Novena hi: is-sliem.

    Il-Ħamis 18 ta’ Diċembru

    • Fid-9.00am fis-Santwarju se ssir quddiesa għat-tfal li jattendu fl-iskola primarja ’A’ Santa Klara.
    • Se jsir il-Christmas lunch tal-parroċċa fis-sala parrokkjali.  Biljetti jistgħu jinxtraw mingħand il-helpers tal-parroċċa jew mill-uffiċċju parrokkjali.
    • Se jsiru żewġ laqgħat vokazzjonali għas-subien li jinsabu fl-iskejjel sekondarji.  Il-laqgħat se jsiru b’dan il-mod: fil-5.00pm fil-knisja tas-Salib Imqaddes u fis-6.00p.m. fis-Santwarju.
    • Għall-quddies tas-6.00p.m. fis-santwarju se jkunu mistiedna dawk il-ġenituri li kellhom tarbija matul din is-sena.  Issir wkoll talba ta’ barka fuq it-trabi. It-Tema għar-raba’ jum tan-Novena hi: is-Sabar.

    Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru

    • Fid-9.30a.m. fis-Santwarju se ssir quddiesa għat-tfal ta’ l-iskola primarja ’B’ Dr Frans Chetchuti.
    • Fil-5.30p.m. se ssir purċissjoni bil-Bambin mill-kappella ta’ Santa Marija saċ-ċentru ta’ Marija Bambina fejn isir programm qasir marbut mal-Milied. 
    • Il-quddies tas-6.00p.m. fis-santwarju se tkun animata mil-fratelli, grupp ta’ l-armar, ħassiela, helpers tal-Museum tas-Santwarju u l-grupp tal-pellegrinaġġ roti u muturi. It-Tema għal-ħames jum tan-Novena hi: il-ħniena.

    Is-Sibt 20 ta’ Diċembru

    • L-Abbatini tal-parroċċa janimaw il-quddies tat-8.30am.  It-tema tas-sitt jum tan-Novena hi: it-tjieba.

     

    • F’nofs din il-Ġimgħa għandu jasal il-kalendarju parrokkjali għas-sena 2009.  Nitolbu d-distibuturi biex jiġbru l-ammonti tagħhom u jqassmuhom fid-djar tal-parroċċa.

     

    • Il-ġabra speċjali tal-Ġimgħa l-oħra kienet ta’ €1192.72. Nirringrazzjaw lil Kulħadd tas-sehem tiegħu.

     

    • Matul din il-ġimgħa għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Michael Calleja u Francesca Pulis. Agħtihom o Mulej ...

    Avviżi: il-Ħadd 7 ta’  Diċembru sal-Ħadd  14 ta’ Diċembru 2008

    Il-Ħadd 7 ta’ Diċembru

    • Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar ta’ Diċembru;  qed issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa. 
    • F’waħda minn navi tas-Santwarju nistgħu naraw kwadru ta’ San Nikola li għadu kif ġie rrestawrat mill-kummissjoni tal-Mużew tas-Santwarju.  Dan il-Kwadru kien fil-kappella ta’ San Niklaw taż-Żonqor.  Min hu nteressat jista’ jara x-xogħol li sar fuq dan il-kwadru.
    • Fis-Sala tax-Xgħajra qed isir bazaar b’risq iċ-ċentru tax-Xgħajra.

    It-Tnejn 8 ta’ Diċembru

    • Festa ta’ l-Imakulata kunċizzjoni.  Il-quddies fil-parroċċa jkun bħal fost il-ġimgħa imma tkun ħaġa sabiħa li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddiesa.
    • Se ssir siegħa adorazzjoni bejn id-9.00 u 10.00 ta’ filgħodu organiżata mil-legjun ta’ Marija.  Tajjeb li f’din il-festa tal-Madonna nitolbu ftit flimkien.
    • Iċ-Ċentru Nażaret se jorganiżża ġurnata ta’ riflessjoni flimkien fl-Imġarr.  Aktar informazzjoni issibuha fin-notice board.

    It-Tlieta 9 ta’ Diċembru

    • Il-grupp ta’ Patri piju se jżur lill-anzjani li jinsabu fid-dar taż-Żejtun.  Min jixtieq jingħaqad magħhom jista jkellem lil xi ħadd mill-membri ta’ l-istess grupp.

    L-Erbgħa 10 ta’ Diċembru

    • Se ssir laqgħa għall-koppji miżżewġa li qiegħdin fl-erbgħa gruppi tal-grufan li għandna fil-parroċċa.  Jekk hawn xi koppji ġodda li jixtiequ jingħaqdu mal-grufan huma mistiedna li jattendu.  Il-laqgħa se ssir fiċ-ċentru Nażaret fis-7.30p.m.

    Il-Ħamis 11 ta’ Diċembru

    • Fis-7.15p.m. se ssir laqgħa oħra tal-kunsill pastorali parrokkjali fis-sala r-Ragħaj it-Tajjeb.

    Is-Sibt 13 ta’ Diċembru

    • L-għaqda ta’ l-armar se torganiżża ikla għall-familja kollha fis-Seabank hotel il-Mellieħa.  Biljetti jistgħu jinxtraw sa’ nhar l-Erbgħa li ġejjin mingħand il-membri ta’ l-għaqda, jew mingħand il-helpers.
      • Se ssir laqgħa oħra ta’ talb għall-qdusija tas-saċerdoti. Din se ssir fil-knisja tal-Midalja Mirakoluza fi Blata l-Bajda. Tibda fl-9.45pm bil-quddiesa u tkompli bl-adorazzjoni sa nofs il-lejl.

    Il-Ħadd 14 ta’ Diċembru

    • Fl-4.00p.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija bil-quddiesa.  Infakkru l-ġenituri u l-parrini li l-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru jkollhom laqgħa ta’ preparazzjoni għalihom.

     

    • It-Tielet pellegrinaġġ Pawlin organiżat mill-parroċċa se jkun għall-grotta ta’ San Pawl ir-Rabat nhar l-Erbgħa 17 ta’ Diċembru.  Biljetti għat-trasport jistgħu jinġabru mill-uffiċċju parrokkjali jew miż-żoni tal-parroċċa.

     

    • Il-kummissjoni ħidmiet soċjali-pastorali se torganiżża kompetizzjoni ta’ l-isbaħ presepju.  Aplikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-uffiċċju parrokkjali jew mis-sagristija tal-knisja sal-jum tal-Milied.  Jiġu jżuru l-presepju persuni mqabbda mill-kummissjoni, jieħdu ritratt ta’ l-istess presepju u wara ssir wirja bir-ritratti fis-Santwarju stess. Jingħataw premjijiet lill-isbaħ tlett presepji.

     

    • Il-Caritas Malta se torganiżża kampanja ta’ ġbir ta’ fondi bil-ponsjetta.  Tingħata ponsjetta għal kull donazzjoni.  Din l-attivita’ se ssir fil-Waterfront il-Floriana bejn is-6 u 8 ta’ Diċembru mill-10.00am sa 10.00pm.

     

    • Matul din il-ġimgħa għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Emanuel Cassar, Godfrey Cassar, Joseph Farrugia, u Josephine Gatt.  Agħtihom o Mulej ...

     

    Avviżi: il-Ħadd 23 ta’  Novembru sal-Ħadd  30 ta’ Novmbru 2008

    Il-Ħadd 23 ta’ Novemrbu

    • Solennita’ ta’ Kristu Sultan. Fl-4.00pm issir il-manifestazzjoni djoċesana ta’ fidi.  Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni li din s-sena se ssir fil-knisja parrokkjali tal-Kalkara u mhux Ħal-Safi kif avżajna l-ġimgħa l-oħra.
    • Iż-żgħażagħ ta’ l-azzjoni kattolika, ŻAK Żabbar qed jorganiżaw car wash quddiem is-sala parrokkjali bejn id-9.00a.m. u 3.00p.m.

     

    It-Tnejn 24 ta’ Novembru

    • Il-quddies tas-6.00p.m. se ssir b’suffraġju għas-soċji mejtin tal-każini politiċi.

     

    It-Tlieta 25 ta’ Novemrbu

    • Fit-8.00p.m. se ssir laqgħa oħra għal miżżewġin ġodda; dawk li żżewġu f’dawn l-aħħar snin huma mistiedna biex jattendu.  Il-laqgħa ssir fiċ-ċentru Santa Bernardetta.

     

    Il-Ħadd 30 ta’ Novembru

    • Se ssir ħarġa ta’ ġurnata għall-familja kollha;  din l-attivita hi organiżata mill-kummissjoni familja flimkien mal-kummissjoni ħidmiet soċjali Pastorali.  Din il-ħarġa se ssir fis-seminarju, jkun hemm quddies, logħob u passiġġata flimkien.  Tkun ħaġa sabieħa jekk nieħdu sehem bħala familja. Tluq ikun fid-9.30a.m. minn quddies is-sala jew quddiem iż-żoni tal-parroċċa.  Biljetti għat-trasport mill-uffiċċju parrokkjali jew miż-żoni.
    • Fil-quddies tal-11.30am se jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija.  Laqgħa ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u l-parrini se ssir nhar il-Ġimgħa fis-7.00p.m. fis-sala r-ragħaj it-Tajjeb.

     

     

    • Il-kummissjoni Familja se torganiżża taħdita oħra; din id-darba bit-tema: x’effett tħalli persuna anzjana fil-familja.  Din it-taħdita se ssir l-Erbgħa 3 ta’ Diċembru fil-kappella ta’ Santa Marija; tajjeb li nħallu din id-data vojta biex inkunu nistgħu nattendu.

     

     

    • Mons Arċisqof għoġbu jaħtar lil Dun Henry Balzan, li għal dawn l-aħħar xhur kien qed iservi fil-parroċċa tagħna, bħala kapillan tal-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.  Nitolbu għalih biex il-Mulej ikun miegħu f’din il-missjoni ġdida.

     

     

    Avviżi: il-Ħadd 16 ta’  Novembru sal-Ħadd  23 ta’ Novmbru 2008

    Il-Ħadd 16 ta’ Novemrbu

    • Fl-4.00p.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija bil-quddiesa.

     

    It-Tnejn 17 ta’ Novemrbu

    • Il-quddies tas-6.00p.m. se ssir b’suffraġju għas-soċji mejtin tas-soċjeta’ filalmonika Maria Mater Gratiae.

     

    L-Erbgħa 19 ta’ Novembru

    • Se jsir it-tieni pellegrinaġġ pawlin.  Se mmorru fil-knisja ta’ San Pawl tal-ħġejjeġ. Nibdew fis-6.00 ta’ filgħaxija; min se juża t-trasport hu mitlub jixtri l-biljetti qabel mill-uffiċċju parrokkjali jew miż-żoni.  Tluq ikun fil-4.45p.m.

     

    Il-Ħamis 20 ta’ Novembru

    • L-Azzjoni Kattolika tan-nisa se torganiżża irtir għan-nisa kollha fil-kappella ta’ l-orsolini.  L-irtir ikun bejn id-9.30am u l-11.30am.

     

    Il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru

    • Festa tal-preżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija.
    • Se jsir it-Tesserament tal-membri ta’ l-Azzjoni Kattolika fil-quddiesa tas-6.00pm.
    • Se jibdew sensiela ta’ tlett laqgħat għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Jannar u Ġunju li ġej.  Il-laqgħat ikunu fis-sala ir-Ragħaj it-Tajjeb, fis-7.00p.m.
    • Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ Kristu Re se ssir laqgħa nazzjonali għall-adoloxxenti ta’ bejn it-13 u l-15-il sena fis-6.30pm fiċ-ċentru pastorali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

     

    Il-Ħadd 23 ta’ Novembru

    • Solennita’ ta’ Kristu Sultan. Fl-4.00pm issir il-manifestazzjoni djoċesana ta’ fidi f’Ħal-Safi.  Min għandu bżonn t-trasport għandu jkellem lil xi saċerdot sa nhar il-Ħamis li ġej.

     

     

    • L-għaqda ta’ l-armar se ttella rexta komika fis-sala parrokkjali nhar id-Sibt 29 ta’ Novembru.  Biljetti mingħand il-membri ta’ l-għaqda stess.

     

     

    • Il-ġabra għall-Missjoni li saret permezz tal-envelopes u ġbir fil-Knisja kienet ta’ €9036 li jinkludu d-donazzjoni ta’ €3000 li s-sinjura Giovanna Mizzi ġabret minn fund raising għall-missjoni.

     

     Avviżi: il-Ħadd 9 ta’  Novembru sal-Ħadd  16 ta’ Novmbru 2008

    Il-Ħadd 9 ta’ Novemrbu

    • Infakru fil-festa tal-ktieb li qed issir f’dan il-weekend fis-sala parrokkajli.  Ħijiet tal-ftuħ mid-9.00a.m. sa 12.00p.m. u mil-4.00p.m. -8.00p.m.

    It-Tnejn 10 ta’ Novemrbu

    • Se ssir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej.  Il-laqgħa ssir fid-9.15a.m. jew fis-7.00p.m. fis-sala r-Ragħaj it-Tajjeb.  Importanti li l-ġenituri jattendu jekk jista’ jkun flimkien għal din il-laqgħa.
    • Fid-9.30a.m. se ssir quddiesa għat-tfal li jattendu fl-iskola primarja ’B’ Dr France Cetchuti, din id-darba se ssir għat-tfal ta’ year 3 u 4.

    Il-Ħamis 13 ta’ Novembru

    • Il-quddies tas-6.00p.m. se ssir b’suffraġju għas-soċji mejtin ta’ l-Għaqda mużikali Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel.

    Il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru

    • Assemblea parrokkjali.  Nibdew bil-quddiesa ta’ filgħaxija fis-santwarju fis-6.00p.m. u wara mmorru s-sala fejn inkomplu bl-assemblea.  F’din l-assemblea se jiġi preżentat il-pjan pastorali għat-tlett snin li ġejjin.  F’dan il-ħin ma għandu jkun hemm ebda attivita’ jew laqgħa oħra fil-parroċċa biex ningħaqdu flimkien għal din l-assemblea.  Mistiedna għall-assemblea mhux biss il-membri ta’ għaqdiet u l-helpers imma kull parruċċan li għandu għandu għal qalbu l-ħajja tal-parroċċa.

    Is-Sibt 15 ta’ Novembru

    • Il-kummissjoni tat-tfal torganiżża lejla ta’ Varjeta’ fl-okkażjoni ta’ San Martin.  It-tfal kollha huma mistiedna li jattendu. Biljetti mingħand il-membri tal-kummissjoni jew mill-uffiċċju parrokkjali.

    Il-Ħadd 16 ta’ Novembru

    • Fl-4.00p.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija bil-quddiesa.  Infakkru l-ġenituri u l-parrini li t-Tlieta 11 ta’ Novembru jkollhom laqgħa ta’ preparazzjoni għalihom, fis-sala r-Ragħaj it-Tajjeb.

     

    • Wasal il-magazine ’Flimkien’ għax-xahar ta’ Novembru.  Id-distributuri huma mitluba jiġbru l-ammonti tagħhom mid-dar parrokkjali jew mill-uffiċċju fil-ħin tal-ftuħ.

     

    • Se jiġi estiż iż-żmien li fih jistgħu jintefgħu tenders għax-xogħol tar-restawr tal-faċċata tas-Santwarju. Id-data ta’ l-għeluq se tkun l-Erbgħa 26 ta’ Novembru.  Kif ikun deċiż minn se jagħmel dan ix-xogħol se tinbeda l-ewwel ħidma fuq il-faċċata. 
    • Intant bħalissa qed isir xogħol fuq il-qniepen tas-santwarju; qed jitniżlu waħda waħda u jinbidlu xi travi li huma mdedlin fuqhom.  Dan ix-xogħol qed isir kollu b’mod voluntarju.  Dwar il-qniepen ta’ l-arloġġ wkoll qed isir ix-xogħol; inqalet waħda mis-sett ta’ sitta u qed isir restawr tagħha biex naraw jekk nistgħux insalvaw dan is-sett jew le; jidher pero li hemm ħafna ħsara peress li dawn il-qniepen huma tal-ħadid.  Jekk ix-xogħol ta’ restawr ma jirnexxix ikollhom isiru ġodda.

     

    • L-Erbgħa 19 ta’ Novembru se jsir it-tieni pellegrinaġġ pawlin.  Din id-darba se morru fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu f’San Pawl il-Baħar, u se jkun fis-6.00 ta’ filgħaxija. Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali jew miż-żoni.

     

    • Se ssir konferenza għall-irġiel mill-moviment Kariżmatiku mit-28 sat-30 ta’ Novembru.  Aktar dettalji jinsabu fuq in-notice boards.

     

    • Il-ġabra speċjali tal-ġimgħa l-oħra kienet ta’ € 1370.  Nirringrazzjaw lil kulħadd tas-sehem tiegħu.

     

    • Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem Rita Abela.  Agħtiha o Mulej ...

     

    Avviżi: il-Ħadd 2 ta’  Novembru sal-Ħadd  9 ta’ Novmbru 2008

    Il-Ħadd 2 ta’ Novembru

    • Illum hu l-Ewwel Ħadd tax-Xahar ta’ Novembru; qed ssir il-ġabra sepeċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa. Nirringrazzajw lil kulħadd tas-sehem tiegħu.
    • Fl-4.00pm tibda quddiesa fiċ-ċimiterju tal-parroċċa b’sufraġju għal għeżież mejtin tagħna.  Wara jsir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju.

     

    It-Tnejn 3 ta’ Novembru

    • Il-klassijiet tal-katekiżmu mhux qiegħdin hemm biss biex it-tfal jitgħallmu dwar Sidna Ġesu’ Kristu imma wkoll biex t-tfal jinbnew f’komunitajiet insara sa minn ċkunithom; biex inkomplu nilħqu dan l-għan se ssir ħarġa għat-tfal taċ-ċentri kollha.  Qed nistiednu wkoll lill-familji tagħhom biex jingħaqdu mat-tfal. Tluq se jkun minn quddiem iċ-ċentri fid-9.00a.m.  Għal aktar dettalju staqsu lill-katekisti.
    • Se ssir l-aħħar mini-assemblea bi tħejjija għall-pjan pastorali; din se ssir fiż-żona ta’ Sant Andrija fis-7.00p.m. Inħeġġu lir-residenti biex jipparteċipaw f’din il-mini-assemblea biex tkompli titfassal il-ħidma pastorali f’din iż-żona.

     

    I-Tlieta 4 ta’ Novembru

    • Infakkru fil-laqgħat ta’ tagħlim li qed isiru għall-adulti kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis fis-7.15p.m. fis-sala parrokkjali.  Kulħadd hu mistieden li jattendi.

     

    Il-Ħamis 6 ta’ Novembru

    • Se ssir laqgħa ta’ talb organiżata mill-grupp San Piju tal-pjagi fil-Knisja tas-Salib Imqaddes.  Tibda b’adorazzjoni fil-5.30p.m.

     

    Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru

    • Fid-9.30a.m. se ssir quddiesa għat-tfal li jattendu fl-iskola primarja ’B’ Dr France Cetchuti.
    • Se ssir l-assemblea parrokkjali għat-tfal.  Din se tkun fl-4.30p.m. fis-sala parrokkjali.  Din l-assemblea se tkun indirizzatha l-aktar għat-tfal minn 8 sa 11-il sena.  It-tfal li dak il-ħin ikollhom il-katekiżmu jistgħu jattendu għall-assemblea flok il-katekiżmu imma tajjeb li javżaw il-katekisti tagġhom.
    • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Wara l-quddies ta’ filgħaxija se jsir ħin ta’ adorazzjoni.  Inħeġġu l-frattelli jattendu għal din l-adorazzjoni; wara jkun hemm laqgħa għalihom fis-sala parrokkjali.
    • Tibda l-festa tal-ktieb li se tibqa sejra sal-Ħadd 9 ta’ Novembru, fis-sala parrokkjali.  Din l-attivita hi okkazzjoni biex biha nifhmu aħjar il-valur tal-qari, li jgħina niftħu oriżonti ġodda fil-ħajja tagħna.  Min għandu xi kotba li jixtieq jagħtihom biex jinbiegħu f’din il-Festa, hu mitlub javża fl-Uffiċċju Parrokkjali biex imbagħad ikunu jistgħu jinġabru mill-helpers stess.

     

    Is-Sibt 8 ta’ Novembru

      • Bejn id-9.00a.m. u 11.00a.m. se jsiru crafts għat-tfal fl-okkażżjoni tal-fiera tal-ktieb.  L-attivita tkun wkoll is-sala parrokjali.
      • Imiss laqgħa oħra ta’ talb għall-qdusija tas-saċerdoti. Din se ssir fil-parroċċa ta’ Sant’ Andirja Ħal-Luqa; Tibda fl-9.45pm bil-quddiesa u tkompli bl-adorazzjoni sa nofs il-lejl.

     

     

    • Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem Annuziata Cutajar.  Agħtiha o Mulej ...

    Avviżi: il-Ħadd 26 ta’ Ottubru sal-Ħadd 2 ta’ Novembru 2008

    Il-Ħadd 26 ta’ Ottubru

    • Illum qed issir il-festa tal-konsagrazzjoni tal-knisja.  Din il-festa tfakkarna fil-bżonn li ninġabru flimkien biex nagħtu qima lil Alla f’dan il-post imqaddes. 
    • Illum qed jiġi ċċelebrat jum il-Bibbja.  Il-Kelma t’Alla trid tkun fiċ-ċentru tal-ħajja ta’ kull nisrani biex fuqha jfassal ħajtu; għalhekk tajjeb li lkoll kemm aħna naqraw siltiet minnha b’mod regolari.
    • Infakkru li mil-lum il-ħin tal-quddies se jinbidel għal dak tax-xitwa. Dan hu t-tibdil li se jsir: Marija Bambina: il-Ħamis fis-6.00p.m.

                Sant Andrija: It-Tlieta u l-Ħamis fis-6.00p.m. u s-Sibt fil-5.30p.m.
                Xgħajra: It-Tnjen, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fil-5.30p.m.,
                               u l-Ħadd fil-5.00p.m.

    It-Tnejn 27 ta’ Ottubru

    • Matul din il-ġimgħa jitkompla ir-rużarju fit-toroq tal-parroċċa u se jsiru b’dan il-mod: It-Tnejn f’ Misraħ il-qalbiena Maltin (Estate), t-Tlieta fi Triq il-Grazzji sqaq nru 1, L-Erbgħa triq il-Magħsar u l-Ħamis fil-Biċċieni. 
    • Fis-6.30p.m. se ssir il-Mini-Assemblea fiċ-ċentru Nażaret, biex inkomplu nfasslu l-pjan pastorali għat-tlett snin li ġejjin.

     

    L-Erbgħa 29 ta’ Ottubru

    • Kull xhar isir ħin ta’ talb bħala riparazzjoni għall-offiżi li jisru kontra l-ewkaristija Mqaddsa.  Dan ix-xahar se ssir fil-parroċċa tagħna.  Fit-7.45p.m. nibdew bi proċessjoni bis-santissmu Sagrament mill-knisja ta’ Santa Marija u ngħaddu minn dawn it-toroq: Santa Marija, Salvu Astarita, Biancardi, Agius Muscat u Santwarju, fejn ikun hemm adorazzjoni u quddiesa.  Tkun ħaġa sabieħa jekk nieħdu sehem f’din il-laqgħa ta’ talb.

     

    Il-Ħamis 30 ta’ Ottubru

    • Se jiġi organiżat irtir għan-nisa ta’ l-Azzjoni Kattolika għand is-sorijet ta’ l-Ursolini mid-9.30a.m. sal-11.30a.m.  Inħeġġu lin-nisa biex jattendu għal dan l-irtir.
    • Mini-Assemblea oħra se ssir fiċ-ċentru ta’ Marija Bambina fis-6.30p.m. Inħeġġu lir-residenti taż-żona jattendu biex flimkien inkomplu naraw il-prijoritajiet taż-żona.

     

    Il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru

    • Kif kellna l-okkażżjoni navżaw qabel, nhar il-Ġimgħa fis-6.30p.m. se ssir ordinazzjoni tad-djakonat fil-parroċċa tagħna.  Mons Arċisqof se jordna 8 djakni fosthom Keith Scicluna mill-parroċċa tagħna. Matul dan il-jum se ssir ġurnata ta’ adorazzjoni sagramentali b’din l-intenzjoni.  Din l-adorazzoni se tkun organiżata mill-gruppi tal-legjun ta’ Marija u gruppi oħra fil-parroċċa.  Tibda mid-9.00a.m. sa l-4.00p.m.

     

    Is-Sibt 1 ta’ Novembru

    • Solennita tal-qaddisin kollha. 
    • Tul ix-xahar ta’ Novembru ċ-ċimiterju se jkun miftuħ kuljum bejn is-7.00a.m. u l-4.30p.m.
    • Importanti li niftakru li ċ-ċimiterju hu post qaddis u għalhekk għandu jinżamm ambjent xieraq; Importanti li jinżamm nadif imma ma ssirx ħela żejda ta’ ilma; jinżamm is-skiet u l-ġabra, u l-ilbies ikun xieraq.
      Peress li ix-xahar ta’ Novembru hu x-xahar tal-mejtin kollha, minn jixtieq jista jikteb l-ismijiet ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fuq karti li hemm ħdejn il-bieb ta’ barra biex nitolbu għalihom matul dan ix-xahar.
    • Fil-quddies tas-6.15p.m. se jiġi amministrat is-sagrament tal-magħmudija.  Il-laqgħa ta’ preparazzjoni se ssir nhar il-Ħamis 30 ta’ Ottubru fis-sala r-Ragħaj it-Tajjeb.

    Il-Ħadd 2 ta’ Novembru

    • L-Għid ta’ l-Imwiet.
    • Se jsir it-Tberik taċ-ċimiterju.  Nibdew bil-quddies fiċ-ċimiterju fl-4.00p.m. u wara jsir it-tberik ta’ l-oqbra.

     

     

    • Il-kummissjoni tat-tfal se terġa torġaniżża is-‘‘St, Martin’s night’’, li se jkun fil-15 ta’ Novmebru li ġej.  Dawk it-tfal li għandhom xi talent u jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba li jħallu d-dettalji tagħhom fl-uffiċċju parrokkjali.  Biljetti diġa jinsabu għall-bejgħ mingħand it-tfal tal-kummissjoni jew mill-uffiċċju.

     

     

    • Il-ġabra għall-missjoni li saret il-ġimgħa l-oħra kienet ta’ €2620.  Dan l-ammont jinkludi l-ġbir kollu li sar fil-parroċċa.  Infakkru fl-envelopes tal-missjoni biex minn jixtieq ikun jista’ jagħti l-offerta tiegħu.

     

    • Matul din il-ġimgħa għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Anthony Calleja u  France Buhagiar.  Agħtihom o Mulej ...