Il-Ħadd 19 ta’ Frar |
- Fl-4.00pm jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija.
|
It-Tnejn 20 ta’ Frar |
- Jitkompla t-tberik tal-familji; It-Tnejn se nbierku fi triq Riħan, Palm, Bikri, Selq, Indivja, Wiġi Bongailas, Liftija u Bur.
- Se ssir attivita tal-karnival fil-Misraħ San Ġakbu mill-4.00pm ‘l quddiem. Din l-attivita se tkun oraniżata miċ-ċentru ta’ Santa Marija.
|
It-Tlieta 21 ta’ Frar |
- Isir it-tberik fil-familji ta’ triq A.Caligari (fil-ħofra), P. Taddeo Schembri, F.X. Attard, ħofra, Magħsar, Misraħ San Nikola.
|
L-Erbgħa 22 ta’ Frar |
- Nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes - żmien importanti għal kull nisrani għax hu żmien li jippreparana għall-festa tal-Għid il-Kbir. Dan iż-żmien jistedinna għall-indiema billi nemmnu aktar fil-Bxara t-Tajba. F’kull quddiesa tal-ġurnata se jitbierek u jitpoġġa fuq rasna l-irmied bħala simbolu tal-indiema li l-Knisja qed tħeġġiġna għaliha. Se ssir quddiesa oħra f’Ċentru Nażaret fid-9.30am.
- Infakkru li f’dan il-jum kull nisrani għandu l-obbligu tas-sawm (għal dawk li għandhom ’il fuq minn 18-il sena) u astinenza mil-laħam (għal dawk li għandhom ’il fuq minn 14-il sena). Tul ir-Randan imħeġġin nitolbu aktar, nagħmlu xi sagrifiċċju u nagħtu karita’.
- Tul iż-żmien tar-Randan kollu l-quddiesa ta’ filgħaxija fis-Santwarju tkun fis-6.30pm peress li fis-6.00pm ssir l-Via sagra organiżżata minn għaqdiet differenti tal-parroċċa.
- Isir it-tberik fil-familji ta’ triq Qaqoċċ.
|
Il-Ħamis 23 ta’ Frar |
- Isir it-tberik fil-familji ta’ triq Qoton, Mehrież, Bursett, A. Caligari (marija Bambina), Inħasa.
- Se jsir irtir għan-nisa organiżat mill-Azzjoni Kattolika fil-kappella ta’ Santa Marija. L-itir jibda fid-9.15am u se jitmexxa minn Fr Glen Buhagiar.
|
Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar |
- Isir it-tberik fil-familji ta’ triq Fwieni, S.Anard, ta’ xaqqa, Fustan, Faqqus, Fiġel, Krexxuni, Misqa, Żabra u Kappar.
|
Ħadd 26 ta’ Frar |
- Jiġi ċċelerbat Ħadd in-Nies.
- Fit-3.30pm programm ta’ kant, talb, esperjenzi u mima miż-żgħażagħ quddiem ċentru Nażaret fl-Estate. It-tema li se nieħdu din is-sena hi Paċi u Ġustizzja. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi b’mod speċjali lit-tfal u ż-żgħażagħ flimkien mal-familji tagħhom.
- Fl-4.30pm jibda l-pellegrinaġġ penitenzjali minn quddiem Ċentru Nażaret sas-Santwarju; il-pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ il-qalbiena Maltin, Klin, Fraxnu, Ċikas, Mina ta’ Hompesch, Bajjada, Vittorja, Labour, Pjazza Medjatriċi għas-Santwarju.
- Fil-5.30pm issir il-konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons. Arċisqof.
|
|
- Il-Mulej għoġbu jsejjaħ għall-ħajja ta’ dejjem lil Alfred Galea, Lizzy Camilleri u Enriketta Bonnici . Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...
|
Il-Ħadd 12 ta’ Frar |
- Infakkru fil-quddiesa ta’ radd il-ħajr li se ssir għall-gradwati kollha flimkien mal-familji tagħhom, li se ssir illum fil-kappella ta’ Satna Marija fis-6.30pm.
|
It-Tnejn 13 ta’ Frar |
- Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Il-laqgħat isiru bħas-soltu fis-sala parrokkjali fid-9.15am jew fis-7.00pm.
- Jitkompla t-tberik tal-familji; It-Tnejn se nbierku fi triq il-Baħrija, Alessandru VII u Triq Nevew.
|
It-Tlieta 14 ta’ Frar |
- Fis-7.00pm se ssir laqgħa ta’ talb għall-miżżewġin f’jum San Valentinu. Wara se jsir buffe fis-sala; bookings sal-lum mis-sagristija.
- Isir it-tberik fil-familji ta’ triq Ħaż-Żabbar, Madaffa, Dliela, Dun S Sciberras u Beribies.
|
L-Erbgħa 15 ta’ Frar |
- Isir it-tberik fil-familji ta’ triq Għakrux, Sebellika, Żargħun, Naħla, Prof. Baldacchino, u Bumunqar.
- Se jibda kors dwar “Kif Nitolbu bis-Salmi" li se jmexxi minn Fr. Manuel Schembri. Il-kors ikun bejn id-9.00am sa l-10.00 am.
|
Il-Ħamis 16 ta’ Frar |
- Isir it-tberik fil-familji ta’ triq Farfett il-Fejġel, Patri F. Grech, Victor Gauci, Żarżarell, Werżieq, Widnet il-Baħar, Marżebb u Bumellies.
|
Il-Ġimgħa 17 ta’ Frar |
- Isir it-tberik fil-familji ta’ triq San Leonardu, Alessi u Sqaq San Lawrenz, il-president tar-Republika u Patri Mattew Sultana.
- Se ssir laqgha ta’ talb mill-Gupp San Piju ta' Pietrelcina, fil-Knisja tas-Salib Imqaddess
Fil-5.00p.m ikun hemm il-Qrar.
- Se jsir party tal-karnival għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fis-sala parrokkjali; aktar dettalji mingħand il-KPAŻ.
|
Is-Sibt 18 ta’ Frar |
- Se jsir seminar, għal min hu fil-ħidma pastorali tal-familja, mill-Unita’ Pastorali. Dan is-seminar se jsir fil-parroċċa ta’ Wied il-għajn bejn id-9.00am u 12.00pm.
- Il-quddies tal-5.00pm fis-santwarju se tkun animata mit-tim ta’ Radju Maria.
- L-għaqda ta’ l-armar ser torganiżża party tal-Karnival. Għal aktar dettalji mingħand il-membri ta’ l-istess għaqda.
|
Ħadd 19 ta’ Frar |
- Fl-4.00pm jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija. Se ssir laqgħa ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u l-parrini; il-Ġimgħa 17 ta’ Frar fis-7.00pm fis-Sala Ragħaj it-Tajjeb.
|
|
- Iċ-Ċelebrazzjoni ta’ Ħadd in-Nies għandha għeruq fl-istorja tal-parroċċa tagħna. F’din l-okkażżjoni flimien ngħidu Grazzi lil Alla ta’ kull ma’ jagħmel magħna permezz ta’ Ommna Marija tal-Grazzja. Din is-sena, Ħadd in-Nies se jsir fis-26 ta’ Frar. Nibdew fit-3.30pm b’programm ta’ kant, talb, esperjenzi u mima miż-żgħażagħ quddiem ċentru Nażaret fl-Estate. Wara nimxu flimkien ma’ Mons Arċisqof f’pellegrinaġġ sas-Santwarju. Inħeġġu lil kulħadd biex din t-tradizzjoni sabieħa nsaħħuha mhux biss bil-preżenza tagħna imma wkoll billi nitolbu flimkien permezz tagħha.
|
|
- Il-ġabra speċjali tal-ġimgħa l-oħra kienet ta’ €1180. Nirringrazzjawkom ta’ l-għajnuna tagħkom.
|
|
- Il-Mulej għoġbu jsejjaħ għall-ħajja ta’ dejjem lil Theresa iles, Antonia Debasttisa, Theresa Schembri, Anthony Degabriele, Thomas Frederick u Nikol Mallia. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...
|